Lokali

Ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju tal-Jum Internazzjonali tal-Yoga (IDY) tan-Nazzjonijiet Uniti f’Malta

In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat l-21 ta’ Ġunju bħala l-Jum Internazzjonali tal-Yoga (IDY) fil-11 ta’ Diċembru 2014. Hija adottat unanimament ir-Riżoluzzjoni 69/131 b’177 pajjiż, inkluż Malta, bħala ko-sponsors.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, l-IDY baqgħet tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fil-21 ta’ Ġunju. Dan l-avveniment għandu l-għan li jqajjem kuxjenza globali dwar il-benefiċċji kbar tal-Yoga, biex jitjiebu r-rabtiet bejn il-moħħ u l-ġisem, u biex jinħoloq futur aktar b’saħħtu u b’inqas stress.

Il-Kummissjoni Għolja tal-Indja f’Malta ilha tiċċelebra l-IDY b’entużjażmu. Din is-sena tfakkar l-10 anniversarju taċ-ċelebrazzjonijiet globali tal-IDY. It-tema ta’ din is-sena hija “Yoga for one Earth, One Healt,” li tissottolinja x-xewqa tal-Indja għal dinja b’saħħitha. Dan l-avveniment huwa saħansitra aktar speċjali f’Malta peress li jaħbat mas-60 anniversarju minn meta ġew stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Indja u Malta. Is-sena l-oħra, l-Kummissjon Għolja tal-Indja ċċelebrat l-IDY f’Għawdex għall-ewwel darba, fejn attendew numru kbir ta’ parteċipanti.

Il-Yoga mhijiex sempliċi rutina ta’ eżerċizzju fiżiku iżda hija mod ta’ ħajja olistika. Tgħaqqad il-moviment, in-nifs u l-kuxjenza – kollha jgħinu biex wieħed jibqa’ konxju u enerġetiku. Il-Yoga toffri benefiċċji kemm fiżiċi kif ukoll mentali u tista’ tiġi pprattikata minn kulħadd, mit-tfal sal-anzjani, minn impjegati tal-uffiċċju sa atleti – il-Yoga tista’ tiġi adattata għall-bżonnijiet ta’ kulħadd.

Din is-sena, l-Kummissjoni Għolja tal-Indja se tospita tliet avvenimenti ta’ preparazzjoni qabel iċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin. Tnejn minnhom se jsiru f’Malta: fil-31 ta’ Mejju 2025 u fit-8 ta’ Ġunju 2025. Filwaqt li l-avveniment l-ieħor se jsir fiċ-Ċittadella, Għawdex, fis-6 ta’ Ġunju 2025.

Iċ-ċelebrazzjoni prinċipali tal-IDY f’Malta se ssir nhar is-Sibt, 21 ta’ Ġunju 2025 fis-08:00 ta’ filgħodu fil-Barrakka ta’ Fuq. F’Għawdex se ssir nhar il-Ħadd, 22 ta’ Ġunju 2025 fis-05:00 ta’ filgħaxija fiċ-Ċittadella.

Matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, għalliema tal-Yoga b’esperjenza se jmexxu sessjonijiet ta’ prattika tal- Yoga. Is-sessjonijiet se jsegwu l-Protokoll Komuni tal-Yoga, żviluppat b’mod kollaborattiv minn diversi skejjel tal-Yoga fl-Indja. Is-sessjonijiet idumu madwar siegħa u jinkludu tliet komponenti ewlenin: asanas (pożizzjonijiet), nifs u meditazzjoni – kollha jistgħu jiġu pprattikati minn kull grupp ta’ età. M’hemmx bżonn ta’ għarfien preċedenti tal-Yoga biex wieħed jipparteċipa. Se jiġu pprovduti twapet tal-Yoga u refreshments ħfief.

Kull min hu interessat li jattendi, għandu jirreġistra minn qabel.

Il-Kummissjoni Għolja qed tistieden ukoll lil dawk kollha li huma dilettanti tal-Yoga biex jipparteċipaw fil-konkors online ta’ ritratti u vidjows relatati mal-Yoga.

L-aħħar data għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-12 ta’ Ġunju 2025. Ir-rebbieħa jingħataw premjijiet waqt iċ-ċelebrazzjoni prinċipali tal-IDY f’Malta fil-21 ta’ Ġunju.