Fil-Conference League Chelsea assiguraw ruħhom minn post fil-finali b’rebħa ta’ 1-0 f’darhom kontra Djugarden, bi skor aggregate ta’ 5-1. Il-gowl uniku tal-partita kienu skorjat fit-38 minuta minn Kiernan Dewsbury Hall.
Intant fil-partita l-oħra kienu Real Betis li finalment għamluha għal finali wara li l-partita ntemmet fi draw wara l-ħin barrani, biex għaddew bi skor aggregate ta’ 4-3 fuq Fiorentina. Kienu Betis li marru minn fuq b’gowl ta’ Antony mat-30 minuta, qabel Fiorentina marru żewġ gowls vantaġġ b’doppjetta ta’ Gosens fl-ewwel taqsima. Il-gowl tad-draw għal Betis wasal minn Ezzalzouli fi-97 minuta.
//= $special ?>