Christine Sultana ftit tal-minuti ilu għadha kemm ġiet eletta bħala Uffiċjal għall-Edukazzjoni fil-Kunsill Studenti Universitarji f’isem l-SDM. Sultana serviet ukoll ta’ President fil-GUG għas-sena 2023/2024 li huwa turija tal-imħabba li tħaddan favur l-attiviżmu f’isem l-istudenti.
Il-Ħamis fid-9 ta’ filgħodu fetħu l-votazzjonijiet u l-istudenti kollha fi ħdan l-Università ta’ Malta kellhom l-opportunità li jagħtu s-sehem tagħhom u jivvutaw. Il-votazzjoni damet miftuħha sal-5 ta’ waranofsinhar.
Nifirħu lil Christine Sultana hekk kif ser isservi wkoll ta’ vuċi għall-Għawdxin f’isem l-KSU, hekk kif hija l-unika Għawdxija fil-Kunsill preżenti.
//= $special ?>