Futbol Sport

Finali bejn żewġ timijiet Ingliżi b’Manchester United u Tottenham Hotspur jagħmluha sal-aħħar

Ritratt: EPA

F’Old Trafford Manchester United komplew fuq il-prestazzjoni eċċellenti li kellhom fl-ewwel leg kontra Athletic Bilbao meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-1.

Kienu proprju Athletic Bilbao li marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta kien Mikel Jauregizar li xeħet fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan, Manchester United għarfu jrażżnu l-attakki tal-Ispanjoli u fit-72 minuta kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Leny Yoro kien Mason Mount li kkonkluda fix-xibka għal 1-1.

Casemiro rdoppja għal Manchester United fit-80 minuta qabel ħames minuti wara, kien Rasmus Hojlund li xeħet fi-xibka, għal 3-1, b’Mason Mount jiskorja t-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Man Utd għal riżultati finali ta’ 4-1.

Barra minn darhom Tottenham għelbu b’mod komdu bl-iskor ta’ 2-0 lil Bodoe/Glimt biex ukoll għamluha għal finali ma’ Manchester United. Dominic Solanke poġġa lil Spurs fil-vantaġġ fit-63 minuta qabel sitt minuti wara kien Pedro Porro li rdoppja u assigura minn rebħa għal Tottenham.