Lokali

Ħadd ma weġġa’ f’nirien fil-boatyard ta’ Birżebbuġa

L-Erbgħa filgħaxija, kien hemm xi nar industrijali fil-boatyard ta’ Birżebbuġa. Fil-post issejħu Membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku tal-ambulanza u Uffiċjali tal-Pulizija.

Is-sidien tad-dgħajjes ingħataw l-għajnuna minn tim mediku hekk kif kienu ħadu xi nifsijiet ta’ arja mimlija duħħan, però ħadd minnhom ma ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta kkonfermat ukoll li n-nirien kienu kkontrollati wara li ssejħu l-pumpiera minn diversi stazzjonijiet fosthom stazzjon numru 1, 3, 4 5 u 8.