Life Network Foundation, fi stqarrija, uriet it-tħassib dwar il-proposta tal-Gvern b’rabta mal-ewtanasja volontarja.
Il-Fondazzjoni fakkret kif l-ewtanasja mhi xejn għajr mezz biex wieħed jittermina ħajtu b’differenza għal kif qed titpoġġa bħala mezz ta’ għajnuna. L-istqarrija tkompli tgħid li meta wieħed jagħti l-attenzjoni lil xi ħadd issir billi tkun miegħu f’mumenti ta’ tbatija sabiex ittih id-dinjità li jixraqlu.
Li jiġi żgurat li l-ewtanasja tkun kompletament volontarja hija impossibbli, tgħid il-Fondazzjoni, filwaqt li tkompli tgħid li dan jipprova meta wieħed jara pajjiżi fejn l-ewtanasja hija legali. Studji wrew każijiet fejn individwi vulnerabbli jħossuhom ippressati, espliċitament jew impliċitament, biex jagħżlu l-ewtanasja minħabba raġunijiet soċjali, piżijiet finanzjarji, jew tal-kura tas-saħħa.
Dan apparti li jfakkru kif din il-proposta ġġiegħel lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa jipparteċipaw indirettament fi prattika li jsibu moralment oġġezzjonabbli. B’politika bħal din li ddgħajjef l-etika medika u tpoġġi pressjoni żejda fuq it-tobba li huma ddedikati biex jippreservaw il-ħajja.
Minflok l-introduzzjoni tal-ewtanasja, huma qed iħeġġu lill-Gvern biex jiffoka fuq l-espansjoni tar-riżorsi paljattivi tal-kura, tiżdied l-għarfien, u jiġi żgurat li l-ebda pazjent ma jħossu abbandunat jew pressjoni biex jagħżlu l-mewt fuq il-kura. Dan għaliex iħossu li kull persuna jistħoqqilha tgħix l-aħħar mumenti tagħha b’dinjità, imdawwar b’appoġġ ta’ kompassjoni, mhux iffaċċjat bl-għażla ta’ mewt prematura.
Life Network Foundation tappella lil dawk li jfasslu l-politika, lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u lill-Maltin biex jidħol fi djalogu sinifikanti li jagħti prijorità lill-ħajja, il-kura, u d-dinjità.
//= $special ?>