Lokali

“M’għandha ssir l-ebda forma ta’ ċensura fuq l-edukaturi”

Ejja nisimgħu lill-għalliema. Jista’ jkun hemm raġuni, biex jiġi protett l-interess nazzjonali u ma hemm xejn ħażin LI dan jiġi segwit. Madanakollu qatt m’għandha ssir ebda forma ta’ ċensura jew limitu fuq il-ħsieb kritiku – speċjalment fuq is-settur tal-edukazzjoni.

Dan intqal mill-editorjal tat-Times of Malta, wara li l-Ombudsman tal-Edukazzjoni kkonferma li r-restrizzjoni fuq l-edukaturi, permezz tal-famuża ċirkolari li kien ħareġ il-Gvern ftit tax-xhur ilu, tikser il-libertà tal-espressjoni.

It-Times tistaqsi f’liema punt il-protezzjoni tal-integrità ssir ċensura?

Din il-kwitjoni qamet wara li għalliema maret fuq programm fil-kapaċita personali tagħha, u spjegat kif hi ma taqbilx mas-sistema kontinwa tal-assesjar. B’din l-għalliema tissejjaħ mis-surmast li staqsiha jekk kellhiex permess tagħmel dan.

L-editorjal jistaqsi jekk din l-għalliema kinitx diġà waslet il-kritika tagħha internament; u f’dan il-każ għalfejn ma ngħatatx wieden.

Bl-editur jitfa’ dawl fuq kif kull edukatur qabel ma jitkellem b’mod pubbliku, għandu jikseb permess mill-Ministeru. U dawn għandhom jitkellmu biss fuq dak  li hu approvat mill-Ministeru u l-policies tiegħu; u ma jesprimix l-opinjonijiet personali tiegħu.

Kien hawn fejn it-Times tistaqsi jekk hemmx metodu aħjar kif tikkontrolla l-kritika milli ssieket lil dawk li  ma jaqblux miegħek.  Bl-editorjal isostni li minkejja li l-Ministru Cifton Grima, kien qal li m’għandu l-ebda problema bl-edukaturi jesprimu l-opinjoni tagħhom, il-fatti qed juru mod ieħor.

Din l-analiżi taqbel ukoll mal-kliem tal-Ombusdman Vincent De Gaetano, fejn fil-konklużjonijiet tiegħu qal li din il-limitazzjoni bl-ebda mod ma tista’ titqies raġonevoli f’soċjetà demokratika.