L-esponent Laburista Mario Philip Azzopardi kompla mal-mewġa ta’ attakki viljakki li ġejjin mill-kamp tal-Labour kontra kull min għandu pożizzjoni li ma taqbilx ma’ dik tal-Gvern. Bl-aħħar attakk ikun fuq il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-MEP David Casa.
Fuq Facebook, Azzopardi qal li Metsola u Casa qed imexxu b’terroriżmu, u instiga lil-Laburisti biex iduru kontrihom.
“Daqshekk posts fuq Facebook. Hemm bżonn nuru kemm aħna irrabjati”.
L-Eks Direttur tal-V18 – persuna qrib ħafna ta’ Jason Micallef – ilu snin twal fin-nofs ta’ diversi kontroversji. U llum, il-kitbiet tiegħu saru notorji.
Mario Philip Azzopardi jingħaqad ma’ nies oħra li qed jirrappreżentaw il-klikka estremista tal-Labour u li jum wara l-ieħor qed joħorġu jattakkaw bla limitu lil min għandu opinjoni differenti minnhom. Din il-klikka hi magħmula minn nies bħal Neville Gafà u Karl Stagno Navarra, li għandhom il-barka tal-Partit Laburista.
//= $special ?>