Hekk kif il-kardinali daħlu għat-tieni jum tal-konklavi, hemm stennija kbira madwar id-dinja kollha għall-famuża daħna bajda li timmarka l-elezzjoni ta’ Papa ġdid.
Il-konklavi qed jissokta dalgħodu, b’żewġ votazzjonijiet oħrajn. U sal-10:30am ma ħarġet ebda daħna.
Kienu d-9pm meta miċ-ċumnija tal-kappella Sistina ħarġet l-ewwel daħna sewda – is-sinjal li wera li l-kardinali kienu għadhom ma laħqux qbil dwar min se jkun Papa ġdid.
Il-laqgħa bdiet għall-ħabta tas-6pm, u kien mistenni li wara siegħa tfeġġ l-ewwel daħna. Iżda kellhom jgħaddu tliet sigħat qabel wasal dan is-sinjal – segwit mill-eluf miġbura fi Pjazza San Pietru, u miljuni madwar id-dinja kollha li qed isegwu dak li għaddej fil-Vatikan.
B’kollox huma 133 il-kardinali miġbura għal dan il-konklavi li jrid jeleġġi s-suċċessur tal-Papa Franġisku. Għal 108 minn dawn il-kardinali… fosthom għal Mario Grech… dan huwa l-ewwel konklavi.
//= $special ?>