Id-diskussjoni fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqtet direttament dak li ħafna Maltin ilhom iħossu – li minkejja l-appartenenza tagħna fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern qed jagħżel triq li tmur kontra l-valuri tagħha.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius indirizza d-diskussjoni dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti u saħaq li l-kwistjoni m’għadhiex biss dwar min xtara passaport jew le; imma dwar nuqqas ta’ serjetà istituzzjonali.
Agius fakkar kif fl-2014, meta tnediet l-iskema, il-Kummissjoni Ewropea tat sinjal favur; sakemm kien hemm rabta ġenwina mal-pajjiż. Iżda maż-żmien, irriżulta li r-rabta ma ġietx rispettata.
Fid-diskors tiegħu, Peter Agius elenka bosta każijiet oħra fejn il-gvern Malti qiegħed jinjora r-regoli.
U żied li l-istess attitudni li għamlet l-iskema tal-passaporti possibbli, qiegħda timmanifesta f’oqsma oħra li jolqtu direttament il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Peter Agius saħaq li wasal iż-żmien li l-Ewropa tieħu pożizzjoni aktar soda u tirrikonoxxi kif u fejn ġiet manipulata – mhux biss fil-passat, imma wkoll fil-preżent.
//= $special ?>