Bologna tilfu konfront importanti fil-mixja tagħhom lejn post mal-ewwel erbgħa kontra Milan bl-iskor finali ta’ 3-1. Il-Ġimgħa ngħata bidu għall-35 ġurnata tas-Serie A, fejn Bologna issa jinsabu fis-7 post b’62 punt, punt inqas u partita iktar minn Juventus li bħalissa jokkupaw ir-raba’ post bid-differenza fil-gowls, b’Roma jkollhom 63 punt ukoll bħal Bianconeri.
Riccardo Orsolini jiftaħ l-iskor għal Bologna fil-bidu tat-tieni taqsima , bir-Rossoneri jistennew sat-73 minuta biex jillivelaw l-iskor permezz tal-Messikan Santiago Giminez mis-suġġeriment ta’ Pulisic.
L-Amerikan jerġgħa jkun fundmanetali hekk kif sitt minuti wara jagħti l-vantaġġ lil Milan, qabel fit-92 minuta jipprovdi t-tieni assist tal-partita lill-istess Giminez.
//= $special ?>