Futbol Sport

Floriana b’rebħa kbira fuq Sliema biex kwalifikaw għall-UEFA Conference League

SLIEMA WANDERERS………0

FLORIANA………………………..4

Sliema W: E.Agu, N.Frendo(M.Priadun 58’), A.Magri Overend, V.Plut, M.Beerman, G.Alcino (E.Agius 85’), M.Freire, G.Acheampong (K.Nwoko 80’), S.Zibo, S.Pisani (N.Strickland 85’), M.Awad

Floriana: C.Mafoumbi, O.El Hasni (G.Yameogo 56’), J.Grech (A. De Flavia 83’), J.Portocarrero (G.Cardozo 72’), O.Spiteri, M.Garcia, G.Gamarra, F.Sasere (E.Mashike 83’), A.Kouro, A.Garzia, J.Junior (Z.Scerri 72’)

Imwissija: G.Acheampong 77’ (S), J.Portocarrero 36’, O.El Hasni,  E.Mashike 90’ (F)

Skorjaw: J.Portocarrero 35’, J.Junior 52’, F.Sasere 66’, E.Mashike 90’ (F)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Mark Ciantar u David Castillo

Floriana kkonfermaw posthom fl-Ewropa s-sena d-dieħla b’rebħa umiljanti fuq ir-rivali Sliema Wanderers, li permezz ta’ din it-telfa ċ-ċansis ta’ Sliema jilagħbu fl-Ewropa s-sena d-dieħla jiddependu kollha fuq min se jirbaħ il-Meridianbet FA Trophy. Jekk il-ġimgħa d-dieħla Hibernians javvanza sal-finali minn fuq Ħamrun Spartans, u eventwalment jirbħu l-finali kontra Floriana/Birkirkara, jkunu l-Pawlisti li jitħlu fl-Ewropa bħala r-raba’ team Malti. Jekk Ħamrun Spartans jegħlbu lil Hibernians fis-semi finali, is-Slimiżi jitħlu bħala r-raba’ tim.

Il-Greens kienu dominati totalment f’dan il-konfront, bi prestazzjoni ħafna iktar konviċenti minn dik ta’ nhar it-Tnejn kontra Ħamrun Spartans. L-ewwel gowl jasal fil-35 minuta minn Jork Eblin Becerra Portocarrero.

Fit-tieni taqsima Floriana jibqgħu jattakkaw u saħansitra jsibu x-xibka tlett darbiet, bl-ewwel ikun Jose Fernando Gomes Junior li jiskorja fit-52 minuta, segwit minn Franklin Sasere fis-66 minuta.

Is-sostitut Elvis Mashike kellu bżonn biss 7 minuti biex jagħmel l-impatt tiegħu hekk kif sab ix-xibka fid-90 minuta.