Lokali Parlament

Il-Ministeru għall-Ekonomija nefaq aktar minn kwart ta’ miljun ewro f’reklamar

Il-Ministru għall-Ekonomija, lntrapriża u Proġetti Strateġiċi nefaq aktar minn kwart ta’ miljun ewro, total ta’ €268,406.1, fi flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu.

Jirriżulta min informazzjoni li ta fil-Parlament il-Mijnistru Silvio Schembri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia, li €206,810 intefqu f’reklamar fuq il-mezz tar-radju u €61,596.1 f’reklami fuq it-televiżjoni.

Diġà kien maħruf fil-Parlament li l-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari tiegħu nefqu s-sena li għaddiet fi flus f’reklamar is-somma totali ta’ €349,097.1.

Flimkien, iż-żewġ ministeri nefqu totalment flimkien is-somma ta’ aktar min-nofs miljun ewro f’reklamar.