Lokali

“Isem b’sinifikat qawwi” – Il-President ta’ Malta tifraħ lil Papa Ljun XIV

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ferħet lill-Knsija Kattolika għall-għaża tal-Kardinal Robert Francis Prevost bħala Papa Ljun XIV, l-267 Kap tal-Knsija Kattolika.

Fi stqarrija saħqet li l-isem li huwa għażel hu sinifikanti mmens anke minħabba l-fatt li l-aħħar Papa Ljun XIII kien Papa li kien verament jgħożż is-soċjal u d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema – anke minħabba li fi żmien il-Papat tiegħu kompliet toħroġ il-pjaga tal-inġustizzja fil-konfront ta’ bosta fil-periferiji.

Għalhekk il-President ta’ Malta ferħana u awgurat lill-Papa Ljun papat mill-aqwa li jsarraf f’ġid u paċi għad-dinja kollha.