Futbol Sport

Naxxar Lions isalvaw fil-Malta Premier għall-ispejjeż ta’ Melita

(Ritratt: Joseph Galea)

MELITA……………………..0

NAXXAR LIONS………..1

Melita: G.Mizzi, A.Pena(K.Mohnani 60’), J.Pierre Attard, M.Debattista, M.Bovenkamp, D.Xuereb (J.Abela 89’), J.Moriets (N.Cutujar 74’), G.Barone, K.Bondin (C.Gyamfi 74’), C.Gonzales S.Perlaza (E.Attard 60’)

Naxxar Lions: M.Debono, N.Micallef, B.Sane, E.Angulo (T.Yamaguchi 81’), E.Farias (Y.Ito 69’), H.Coelho (J.Paul Farrugia 81’), H.Martins, M.Da Silva, F.Pereira, G.Bonanno (J.Leal 81’), J.Cardoso

Imwissija: S.Perlaza 55’, G.Barone 90’, M.Bovenkamp 90’ (M), N.Micallef 21’, F.Pereira 52’, T.Yamaguchi 90’, M.Debono 90’ (N)

Skorja: H.Coelho 45’ (N)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Max-Lee Muscat

Naxxar Lions żammew posthom fil-Malta Premier għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif għelbu lil Melita fil-play-out final fit-Tony Bezzina Stadium, bl-iskor minimu ta’ 1-0. Dan l-iskor ifisser li Melita saru t-tieni u l-aħħar tim relegat għaċ- Challenge League tas-sena d-dieħla, flimkien ma’ Balzan li waqgħu b’mod awtomatiku. Melita ħadu l-promozzjoni s-sena li għaddiet miċ-Challenge League hekk kif rebħu l-kampjonat.

Il-gowl detterminanti wasal fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima permezz ta’ azzjoni maħduma tajba mill-Lions fejn Sane tefa’ kross lejn Dos Santos li niżżel bir-rass lejn Coelho, b’dan tal-aħħar jixħet ġewwa minn tarf il-kaxxa għall-unika gowl tal-partita.