Numru ta’ immigranti llegali jinqabdu fil-Ħamrun – wieħed minnhom prova jaħrab

Numru ta’ immigranti illegali ġew arrestati ftit tal-ħin ilu – wara sejba f’residenza fil-Ħamrun propju fi Triq il-Mimosa.

Dan hekk kif instab li f’residenza privata kienu jgħixu ammont sostanzjali ta’ nies li kienu f’Malta b’mod illegali – Intant minn informazzjoni li waslet għand dan l-istazzjon tixhed kif wieħed mill-persuni, li huwa Bulgaru prova jaħrab malli sar jaf li l-Pulizija qed tagħmel ronda.

Madanakollu wara tfittxija intensiva mill-uffiċjali tal-Pulizija, dan ir-raġel ġie minnufih arrestat. S’issa għad m’għandnix informazzjoni dwar kemm kien l-ammont eżatt ta’ immigranti abitanti fil-post. Immigranti li kienu qed jgħixu fil-pajjiż minajr permess.

Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.