Lokali

Pajjiżna jfakkar Jum l-Ewropa

Kmieni filgħodu, il-Kap tal-PN Bernard Grech attenda għall-attivitajiet li saru barra l-Palrament f’Jum l-Ewropa – Jum li jfakkar il-paċi u l-unità Ewropea, u l-fondazzjoni tal-Unjoni Ewropea lura fl-1950.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta organizzat diversi attivitajiet, li damu sa tard wara nofisinhar.

Bernard Grech iltaqa’ ma’ bosta żgħażagħ li attendew għal dawn l-attivitajiet li jfakkru dan il-jum storiku. Dan apparti li tkellem ukoll ma’ bosta entitajiet varji li spjegaw xi tfisser l-Unjoni Ewropea għalihom.

Min naħa tiegħu l-Kap tal-PN sostna li f’dan il-jum l-Ewropej kollha għandhom ikunu grati li wara snin sħaħ ta’ kunflitti fl-Ewropa, nibtet żerriegħa ta’ paċi u tama fl-Ewropa u anke fid-Dinja.