Sport

Tibda l-108 edizzjoni tal-Giro d’Italia fl-Albanija

Ritratt: EPA

Il-108 edizzjoni tal-Giro d’Italia ngħata bidu fl-Albanija u bla dubjuse tkun waħda mill-aktar kompetizzjonijiet ta’ prestiġju fil-kalendarju taċ-ċikliżmu mondjali.

Mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-timijiet għall-edizzjoni 2025 b’bidu mill-Albanija fuq rotta fl-ewwel ġurnata bejn Durres u Tirana fuq medda ta’ 180 kilometru. Is-Sibt f’Tirana se ssir il-prova kontra l-ħin fuq distanza ta’ 13.7 kilometri.

Din is-sena qed jikkompetu 23 tim għal total ta’ 184 ciklist fejn l-aħħar ciklist mill-Italja  li rebaħ il-Giro kien Vincenzo Nibali fl-2016 għal Team Astana.

L-attenzjoni fl-edizzjoni ta’ din is-sena tibqa’ fuq is-Sloveni Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates u Primoz Roglic ta’ Team Jumbo Visma, rebbieħa tal-aħħar żewġ edizzjonijiet.

Il-Giro d’Italia jibqa’ sejjer sal-1 ta’ Ġunju bil-21 stadju għal total ta’ 3443.3 kilometri b’medja ta’ 164 kilometru.