Futbol Sport

Draw fi Stadio Olimpico bejn Lazio u Juventus

(Ritratt: EPA)

Lazio u Juventus temmew fi draw ta’ 1-1 fi Stadio Olimpico. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta kien Randal Kolo Muani li fetaħ l-iskor għal Juventus fil-51 minuta. Mas-siegħa logħob, Juventus sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Pierre Kalulu. Lazio ġabu l-iskor indaqs fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita kien Matias Vecino li għamilhom 1-1.

Ikompli l-istaġun pożittiv għal Como meta kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Cagliari. Michel Adopo poġġa lil Cagliari fil-vantaġġ wara 22 minuta. Maxence Caqueret ġab l-iskor indaqs fl-40 minuta u qabel il-mistrieħ kien Gabriel Strefezza li għamel l-iskor 2-1. Como komplew ikabbru l-iskor fit-tieni taqsima b’gowl ta’ Patrick Cutrone.

Rebħa wkoll importanti għal Empoli meta għelbu lil Parma 2-1. Jacopo Fazzini poġġa lil Empoli fil-vantaġġ wara 11-il minuta. Parma sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Lautaro Valenti. Minkejja dan Parma ġabu l-iskor indaqs fit-73 minuta permezz ta’ Milan Djuric. Lejn it-tmiem iżda kien Tino Anjorin li skorjaw il-gowl tar-rebħa għal Empoli.