Lokali

Għada edizzjoni speċjali ta’ il-mument

Għada edizzjoni speċjali tal-gazzetta il-mument li tagħti tislima lill-Papa l-ġdid – il-Papa Ljun XIV li nhar il-Ħamis filgħaxija kien elett bħala l-Mexxej il-ġdid – il-267 wieħed – tal-Knisja Kattolika.

Għada f’il-mument numru ta’ artikli, opinjonijiet u reazzjonijiet flimkien ma’ għadd ta’ ritratti dwar dan l-avveniment storiku.

L-edizzjoni speċjali ta’ għada ta’ il-mument tfisser ukoll l-għeluq ta’ ċirku ta’ tliet ħarġiet speċjali – l-ewwel it-tislima lill-Papa Franġisku l-għada tal-funeral tiegħu, it-tieni l-lenti fuq il-Konklavi tal-Erbgħa li għadda… u issa merħba kbira lill-Papa Ljun XIV li jaf lil Malta sew tant li ġie jżurna kemm-il darba.

Inħeġġukom tassiguraw li ma titilfux din il-ħarġa speċjali ta’ għada ta’ il-mument u żżommuha bħala tifkira ta’ dan l-avveniment storiku.