Sport Sport Ieħor

Għawwiema Maltin jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja tal-Għawm Artisku fil-Kanada

Ana Culic, Thea Grima Buttigieg u Zea Montfort irrapreżentaw lill-pajjiżna fit-Tazza tad-Dinja tal-Għawm Artistiku li saret f’Markham fil-Kanada. Huma qed kienu akkumpanjati mill-kowċ Michelle Hubner u l-assistant kowċ Hannah Preca Trapani.

Fl-ewwel jum tal-kompetizzjoni, Ana Culic u Zea Montfort ikkompetew fis-Solo Technical Event u temmew fil-15 u t-18-il post rispettivament. Fit-tieni ġurnata, Thea Grima Buttigieg u Zea Montfort ikkompetew fis-Solo Free Event, fejn Zea temmet fil-11-il post filwaqt Thea temmet fil-15-il post. Fl-istess jum Ana Culic u Thea Grima Buttigieg ikkompetew ukoll fid-Duet Techinical Event u kisbu total ta’ 206.28 punt, l-aktar ammont ta’ punti li t-tim Malti qatt kiseb f’din il-kategorija.

Fl-aħħar ġurnata mbagħat Ana Culic u Thea Grima Buttigieg ikkompetew fid-Duet Free Event fejn kisbu 176.44 punti.

Fi stqarra l-Assċojazzjoni Malti tal-Għawm (ASA) qalet li wara li l-atelti Maltin ħadu sehem fl-ewwel stadju tat-Tazza tad-Dinja f’Pariġi fi Franza u fit-tielet stadju fil-Kanada, l-għawwiema Maltin Ana Culic u Thea Grima temmew fil-ħames post overall fid-Duet Events filwaqt li Zea Montfort temmew fil-11-il post overall fis-Solo Event. L-istqarrija kompliet tgħid li dawn ir-riżultati jawguraw b’mod tajjeb għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-għawwiema fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra aktar tard dan ix-xahar.