Neil Camenzuli
ĦAMRUN SPARTANS ………………..1
BIRKIRKARA …………………………….0
Ħamrun S.: H.Bonello, L.Barboza (E.Bruno 62’), R.Prsa, J.Mbong, E.Freitas (D.Letherby 69’), J.Cadenovic, O.Bjelicic, R.Mihana (A.Menacho 87’), E.Marcellina, R.Camenzuli, R.Lopes
Birkirkara: G.Volpe, L.Gaitan, P.Mbong, K.Reid (S.Dimech 39’), T.Papazov, A.Satariano, L.Lacunza, N.Micallef, A.Coppola, S.Makoma, M.Maia
Imwissija: J.Mbong 52’ (Ħ)
Skorjaw: R.Prsa 63’ (Ħ)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Luke Porttelli
Il-Mument Plejer tal-logħba: Joseph Mbong (Ħamrun)
Ħamrun Spartans rebħu l-ħdax il-kampjonat tagħhom u t-tielet wieħed infila meta fl-iktar partita mistennija tal-istaġun huma għelbu lil Birkirkara 1-0 fil-finali tal-final four. B’attendenza numeruża kienu l-Ispartans li rnexxielhom isibu x-xibka għall-unika gowl biex rebħu r-raba’ kampjonat f’ħames snin kemm ilu fit-tmexxija tal-klabb Joseph Portelli.
Dan huwa ukoll l-ewwel unur tal-kowċ Winston Muscat fil-karriera bħala kowċ.
L-ewwel azzjoni tal-partita tmur favur l-Istripes wara 8 minuti logħob Mbong idur tajjeb fil-kaxxa tal-avversarji u jixħet kross ġewwa, b’Bonellu ma jirnexxielux joħroġ għalih u l-ballun jgħaddi ftit metri ‘l bogħod mill-lasta.
Elionay Freitas ittanta xortih minn barra l-kaxxa wara nofsiegħa logħob, pero l-ballun jgħaddi għoli wisq.
Fl-34 minuta Birkirkara jirrispodnu bl-aħjar azzjoni tal-partita hekk kif Kemar Reid ħarab mal-linja tal-lemin u ġie quddiem Bonello, bil-goalkeeper Malti jsalva tajjeb, pero Reid jierġa jixħet lejn ix-xibka u d-difiża Ħamruniża jtajjru minn fuq il-linja.
Minuta wara Ħamrun jitilgħu jattakkaw, b’din id-darba Lui Barboza li jipprova jegħleb lil Volpe mill-viċin, pero t-Taljan isalva tajjeb ħafna b’saqajh. Prsa jkollu ċans identiku mil-lemin ftit sekondi wara, b’din id-darba ma jirnexxielux isib il-lasta u jitfaw barra.
Fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima l-midfielder Roko Prsa jinkariga ruħu minn freekick mil-lemin, bil-ballun jolqot lill-barriera u jgħaddi ftit għoli mill-lasta.
L-ewwel taqsima tal-finali tintemm 0-0.
Ħamrun Spartans fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita minn azzjoni brillanti maħduma minn Joseph Mbong li rċieva mill-viċin minn korner. Id-difensur laterali jaqbeż difensur fil-kaxxa u jilagħab lil Roko Prsa li waħdu fil-kaxxa xeħet b’faċiltà.
Ħamrun Spartans jiddefendu l-partita b’mod eċċelenti biex jirnexxielhom iżommu l-vantaġġ minimu. Huma ħasbu li rdoppjaw l-iskor fit-80 minuta meta Raphael Lopes xeħet fix-xibka madankollu kien f’pożizzjoni rregolari.
Birkirkara viċin li jiskorjaw il-goal tad-draw, fil-91 minuta kien freekick mill-lemin mogħti fil-fuq it-tieni lasta, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Satariano biex l-attakkant Karkariż fajjar xutt bil-ballun jagħdi ftit barra mill-lasti ta’ Bonello.
Mat-tisfira finali tar-referee Ishmael Barbara, il-Ħamruniżi preżenti kienu f’delirju ta’ ferħ għar-rebħ tal-ħdax il-kampjonat tagħhom.

Roko Prsa jfalli ċans tad-deheb għal Ħamrun Spartans fl-34 minuta (Ritratt: Joseph Galea)

Raphael Lopes iżomm il-ballun il-bogħod minn Tomislav Papazov (Ritratt: Joseph Galea)

It-Tazza tal-Malta Premier League eżebita qabel il-partita (Ritratt: Joseph Galea)
//= $special ?>