Mhux bil-kliem imma bil-preżenza tiegħu kien jagħtini ħafna kuraġġ, fi żmien li ma kienx faċli għalija’
Hekk stqar Patri Rafael Abdilla li kien jgħix mal-Papa Ljun XIV fi żmien meta hu kien jgħix l-Alġeria, u l-Papa kien ta’ spiss iżuru u jagħmel ċert li ma jkunx waħdu.
B’Patri Rafael u ħuħ Manuel jamettu li kienet sorpriża kbira għalihom meta Prevost isema bħala l-Papa l-ġdid.
Patri Rafael spjega ma’ Net News kemm l-esperjenza li Prevost kellu fil-misjoni se tkun qed tispirraħ biex jagħmel ħafna ġid bħalha Papa.
Manuel, li wkoll kellu diversi esperjenzi viċin ta’ Papa Ljun XIV, hekk kif hu wkoll kien iżur lil huh, Patri Raffael fl-Algeria, iddeskriva lil Papa bħala raġel meqjus u umli.
Fuq kollox Patri Rafael jibqa’ jiftakar is-sorpriża li Papa Ljun XIV kien għamel lilu u lil familja kollha tiegħu meta għalaq 25 sena saċerdot.


Patri Rafael sar jaf sew lil Papa Ljun XIV, waqt diversi laqgħat li kellu fl-Amerika Latina però r-relazzjoni tagħhom saret iktar b’saħħitha meta hu kien l-Alġerija, fejn hemm għamel 10 snin fi żmien difiċli hekk kif sab ruħu waħdu u kien saħansitra intalab biex jitlaq mill-pajjiż. Madanakollu Prevost kien ta’ spiss iżuru u jagħmilu kumpanija, biex dan jagħmel kuraġġ.
