Il-Pulizija qed twissi lill-pubbliku dwar telefonati suspettużi li qed isiru minn numri spoofed, jiġifieri numri foloz li jidhru daqslikieku huma numri lokali.
F’dawn it-telefonati, il-persuna li twieġeb tgħid li hija mill-unit tas-Cyber Crime tal-Pulizija. Din il-persuna tgħid li l-karta tal-bank ser tiskadi u titlob lill-persuna li tagħti informazzjoni dwar il-karta bankarja tagħha fuq it-telefown.
Il-Korp tal-Pulizija rċieva diversi rapporti dwar dawn il-każijiet u qed jappella biex dawn it-telefonati jiġu injorati. Il-Pulizija qatt ma titlob tagħrif personali bħal dettalji bankarji fuq it-telefon u għalhekk dan it-tip ta’ komunikazzjoni. Min jirċievi telefonata bħal din m’għandux jagħti ebda informazzjoni u għandu jinforma lill-awtoritajiet b’dak li jkun ġara.