Internazzjonali

Jibdew it-taħdidiet bejn l-Istat Uniti u ċ-Ċina dwar it-tariffi

Fl-Iżvizzera, l-Istati Uniti u ċ-Ċina bdew taħdidiet b’rabta mat-tariffi bl-għan li jnaqqsu t-tensjonijiet kummerċjali li qed jheddu l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi u l-ekonomija globali.

Is-Segretarju tat-Teżor Amerikan Scott Bessent, flimkien ma’ rappreżentanti oħrajn iltaqgħu mal-Viċi Prim Ministru Ċiniż, f’laqgħa sigrieta f’Geneva li damet madwar sagħtejn.

It-taħdidiet bejn iż-żewġ pajjiżi jiġu fid-dawl ta’ tensjonijiet kummerċjali illi fisser biex iż-żewġ pajjiżi jimponu tariffi fuq numru ta’ prodotti, bil-konsegwenza li n-negozji u ankè l-konsumaturi jbatu minn nuqqas ta’ ċertezza u żieda fil-prezzijiet.