Hemm ċans kbir li nirritorna għall-kunċert ieħor f’Malta, hekk kif lil Maltin u lill-Malta nħobbhom ħafna.
Hekk stqarr il-kantawtur taljan Gigi D’Alessio, mal-wasla tiegħu f’Malta fil-jum li fih se jkun qed ikanta waqt is-Summer Lust Music Festival f’Ħal Għaxaq.
Mistoqsi minn Net News jekk għandux interess li jikkolabora ma’ artisti Maltin, Gigi D’Alessio qal li iħarres il-quddiem biex dan iseħħ. Hekk kif anka fil-passat kellu esperjenzi sbieh ma’ kantanti lokali. Huwa għamel referenza għal meta kanta mat-tenur Malti Joseph Calleja u mal-kantanta lokali Ira Losco kemm fl-Italja waqt it-tour tiegħu ‘Made in Italy Tour’ kif ukoll f’Malta fl-2019 fil-fossos tal-Floriana.
Intant, bħall ispetakli kollha ta’ Gigi D’Alessio dak tas-Sibt filgħaxija mistenni jkun wieħed mill-isbaħ li jpaxxi lid-diversi segwaċi tiegħu f’Malta.
//= $special ?>