Persuni li tkellmu ma’ Net News ilmentaw kif jiem wara li d-Dipartiment tal-Cleansing nadfu zona f’Ħal Qormi, dawn ħallew boroż mimlijin mitluqin fuq il-bankina.
Jidher li t-tindif sar ġimgħa ilu fejn tbattal bin wieħed, bil-boroż taż-żibel tpoġġew biswitu fuq il-bankina, fi Triq il-Kbira, biswit l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.
Ix-Shadow Minister, Ryan Callus ġibed l-attenzjoni kif qed naraw biċ-ċar li membri mid-Dipartiment tal-Cleansing qed jagħmlu li jridu filwaqt li l-privat jispiċċa jaqla’ l-multi għaliex jiksru l-liġi.
Fil-fatt, jekk tal-bars jew postijiet kummerċjali jitfgħu ż-żibel barra fit-triq jissograw li jaqilgħu multa, tant li jkollhom iżommu ż-żibel fuq ġewwa tal-istabbiliment, filwaqt li jkollhom iħallsu kontribuzzjoni għal servizz privat. Dan filwaqt li d-Dipartiment tal-Cleansing qed jabbuża mill-poter u “jagħmel li jrid”.
//= $special ?>