Lokali

Raġel ferut wara ħabta ma’ trakk

Raġel kellu jittieħed l-isptar wara li aktar kmieni kien involut f’ħabta ma’ trakk.

Il-każ seħħ fid-9 am fil-Central Link, direzzjoni lejn Ħ’Attard.

It-trakk kien misjuq minn żagħżugħ Għawdxi ta’ 27 sena. Dan filwaqt li s-sewwieq tal-karozza, li weġġa’, għandu 35 sena.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li s-sewwieq tal-karozza ġarrab biss ġrieħi ħfief filwaqt li s-sewwieq tat-trakk ma sofra mill-ebda ġrieħi.