Il-kunflitt bejn l-Indja u l-Pakistan intensifika matul l-lejl bi skambji ta’ attakki bid-drones.
Il-Pakistan qal li attakka bażi tal-ajru Indjana bħala risposta għall-attakki mill-Indja fuq tliet bażijiet tiegħu, bil-Prim Ministru tal-Pakistan, Shehkaz Sharif jgħid illi l-pajjiż tiegħu ta’ risposta denja għall-aggressjoni Indjana.
Intant, l-Indja akkużat lill-Pakistan li nieda attakki bid-drones qrib il-fruntiera tal-punent, u qalet li dan qed ipoġġi f’riskju n-nies ċivili.
Barra minn hekk, rapporti qed jindikaw ukoll li nqatlu 13-il persuna, f’żona li hija okkupata mill-Pakistan, filwaqt li aktar minn 50 persuna ndarbu f’dawn l-attakki.
Iż-żewġ pajjiżi qalu li huma lesti li jikkunsidraw inaqqsu t-tensjonijiet bejniethom, biż-żewġ partijiet jisħqu li lesti jagħmlu dan jekk il-parti l-oħra tagħmel l-ewwel pass.
Intant, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Marco Rubio ħeġġeġ lit-tnejn biex jerġgħu jistabbilixxu komunikazzjoni diretta sabiex dan l-kunflitt ma jkomplix jeskala.
L-armati taż-żewġ naħat qed jakkużaw lil xulxin b’attakki bil-missili fuq bażijiet militari, u skont il-militar tal-Pakistan, huma qerdu s-sistema Indjana tad-difiża S-400 – xi ħaġa li New Delhi qed tiċħad.
Dan il-kunflitt ilu jdur madwar r-reġjun tal-Kashmir mill-1999, b’ħafna jgħidu li dan tal-aħħar ikun l-iktar wieħed intensiv. Dan hekk kif x-xahar li għadda inqatlu 26 turist f’attakk terroristiku f’Pahalgam, f’żona li hija okkupata mill-Indja.
//= $special ?>