Futbol Sport

Draw bejn Arsenal u Liverpool, Manchester United u Tottenham jitilfu

(Ritratt: EPA)

Newcastle United kisbu rebħa importanti ħafna fil-mixja tagħhom lejn l-ewwel ħamsa meta għelbu r-rivali dirett fil-forma ta’ Chelsea, bl-iskor komdu ta’ 2-0.

Sandro Tonal jiftaħ l-iskor wara biss żewġ minuti b’konklużjoni mill-viċin mis-suġġeriment ta’ Jacob Murphy. Nicholas Jackson intwera l-karta ħamra diretta fil-35 minuta b’Chelsea jkollhom jilagħbu kważi siegħa logħob b’għaxar plejers. Bruno Guimaraes jiskorja t-tieni gowl fit-93 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra ‘l kaxxa.

B’ din ir-rebħa, Newcastle United jinsabu fit-tielet post b’66 punt wara 36 partita.

West Ham United kisbu l-ewwel rebħa wara 8 partiti meta għelbu lil Manchester United f’ Old Trafford.

Soucek jirkorja l-ewwel fis-26 minuta, qabel Jarrod Bowen jissiġilla r-rebħa fis-57 miunuta minn assist ta’ Wan Bissaka.

Intant Nottingham Forest tilfu żewġ punti importanti meta ġew miżmuma minn Leicester City fis-City Ground, li huma diġà relegati. Il-Foxes jaħsdu lil Forest wara 16-il minuta permezz ta’ Conor Coady, qabel Morgan Gibbs White jirnexxielu jixħet ġewwa għall-gowl tad-draw 9 minuti wara.

Chris Wood skorja l-20 gowl staġjonali fi-Premier League hekk kif ta l-vantaġġ momentarju lil Forest fis-56 minuta minn assist tal-iskorer ewlieni Morgan Gibbs White. Leicester City jiskorjaw gowl biex jagħmlu l-iskor indaqs fil-81 minuta permezz ta’ Buonanotte minn assit ta’ Vardy.

Crystal Palace ikomplu l-forma pożittiva tagħhom qabel il-finali tal-FA Cup hekk kif għelbu lill-finali tal-UEFA Europa League Tottenham Hotspur. Dan ifisser li ż-żewġ finali tal-Europa League, Manchester United u Tottenham Hotspur ġew megħluba minn timijiet minn Londra bl-iskor identitku ta’ 2-0.

Sarr fetaħ l-iskor għal Palace, madankollu l-gowl ġie mħassar bil-VAR wara 8 minuti. Eze jiskorja l-ewwel gowl validu ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima. L-istess Eze jiskorja ftit minuti wara 3 minuti tal-bidu tat-tieni taqsima.

Arsenal ma rnexxielhomx jieħdu tliet punti f’partita importanti kontra r-rebbieħa tal-Premier League Liverpool hekk kif temmew fi draw ta’ 2-2. Dan ifisser li l-Gunners ma setgħux jikkonfermaw, jew tal-inqas iserħħu rashom iżjed minn post mal-ewwel ħamsa biex l-istaġun li ġej jilagħbu fil-UEFA Champions League.

Liverpool immorru fil-vantaġġ u jirdopjaw f’temp ta’ 60 sekonda hekk kif fl-20 minuta jkun l-ewwel Cody Gakpo li jiftaħ l-iskor, minn suġġeriment ta’ Robertson, qabel Luis Diaz jagħmel l-iskor 2-0 ftit sekondi wara minn assist ta’ Szoboszlai.

Fit-tieni taqsima Arsenal joħorġu jattakkaw, u immedjatament isibu x-xibka permezz ta’ Gabriel Martinelli fis-47 minuta. Mikel Merino ikompli jimprjessjona hekk kif ġab id-draw fis-70 minuta, madankollu l-Ispanjol jiddiżappunta lit-tim tiegħu meta jintwera t-tieni karta safra tiegħu 9 minuta u wara, bil-Gunners ikomplu l-partita b’għaxra.

Is-Sibt
Southampton v Man. CIty 0-0
Wolves v Brighton 0-2
Fulham v Everton 1-3
I.Town v Brentford 0-1
Bournemouth v A.Villa 0-1
Illum
Newcastle U. v Chelsea 2-0
Man. Utd v West Ham Utd. 0-2
Nott. F v Leicester C. 2-2
Tottenham v C.Palace 0-2
Liverpool v Arsenal 2-2