Sport Sport Ieħor

Falcons u Paola Executive Security champions tal-kategoriji rispettivi

Falcons champions tas-Super League

Fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera fi tmiem il-ġimgħa kien hemm logħba waħda biss mill-kampjonat Super League u oħra biss mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, żewġ logħbiet li fi tmiem tagħhom kien hemm il-preżentazzjoni lill-players u staff tekniku ta’ Falcons bħala r-rebbieħa tas-Super League u ta’ Paola Executive Security bħala ċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni.

Fil-partita tas-Super League ċ-champions il-ġodda Falcons, immexxija minn Jacques Seifert, rebħu lil Mġarr 3-0. Is-sets kienu 25-17, 25-12 u 25-15. Fi tmiem il-partita, Branko Vlahovic, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball; ippreżenta t-trofew u l-midalji lill-players u coach ta’ Falcons.

Fil-logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Paola Executive Security, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, rebħu lil Birkirkara Reds 3-0. Is-sets kienu 25-9, 25-18 u 25-14.

Fi tmiem il-partita, Vlahovic ippreżenta t-trofew lil Maria Demicoli, captain ta’ Paola. B’hekk it-tim ta’ Raħal Ġdid mhux biss spiċċa r-rebbieħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta jonqsu jilgħab logħba oħra. Iżda ġie promoss għas-Super League u sal-lum dan l-istaġun ma tilifx logħba u ma tilifx lanqas set.  

Ir-riżultati kollha

Superleague

Falcons VC Vs Mgarr VC: 3-0 (Falcons champions)

L-Ewwel Diviżjoni 

Paola Executive Security Vs BKVC Reds: 3-0 (Paola Champions)

Kampjonat Taħt il-15 -il sena

Swieqi Phoenix Young Stars Vs Falcons: 3-0 (Swieqi rebbieħa tal-kategorija għall-għaxar staġun infila)

Depiro VC Vs Swieqi Phoenix Young Stars: 0-3

Paola Maypole Vs Birkirkara VC: 0-3

Paola champions tal-Ewwel Diviżjoni