Lokali Qorti

Ikkundannat li għamel imqass ma’ qadd l-eks sieħba

Raġel ta’ 35 sena mill-Fgura ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li kkaġuna ġrieħi ħfief lill-eks sieħba u għamel imqass ma’ qaddha.

Ir-raġel ġie mixli quddiem li fid-9 ta’ Mejju u fix-xhur ta’ qabel, taha fastidju, heddidha, insulentaha u kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Il-mara għamlet rapport mal-Pulizija fejn spjegat kif huma kellhom argument li eskala, fejn mbad beda jheddidha u għamel imqass ma’ qaddha.

L-għada kienu fil-ħanut li għandhom bejniethom fejn daħal wara l-counter, qala’ camera li ma kinitx taf biha u qalilha li issa kellu l-provi kollha f’idu.

Minn analizi tar-risk assessment irriżulta li l-vittma kienet qegħda f’riskju sever, u ntalab mandat ta’ arrest fil-konfront tal-akkużat.