Il-konklavi hija talba
Hekk iddiskriva l-esperjenza tiegħu waqt il-konklavi l-Kardinal Mario Grech f’kummenti li ta lil dan l-istazzjon ftit tal-jiem wara li hu ipparteċipa fil-konklavi li elleġġa lil Papa Ljun XIV. Bil-Kardinal Grech jistqar li din l-esperjenza kienet waħda mill-isbaħ.
Il-Kardinal Mario Grech, qal ukoll li huwa jaf sew lil Papa Ljun XIV hekk kif kien jaħdem ferm qrib tiegħu.
Mistoqsi dwar x’effett kellhom il-ġurnali internazzjonali li kienu qed jirrapurtaw li hu kien fost il-favorit li jilħqu Papa huwa wieġeb li din mhux ħatra politika imma waħda spiritwali għalhekk ma ħallitx effett fuqu.

