Internazzjonali Knisja

Il-Maltin fi Pjazza San Pietru għall-Aux Flambeaux

Abigail Micallef tirrapporta mill-Vatikan

Diversi Maltin li jinsabu fil-Vatikan, ilbieraħ ipparteċipaw fl-Aux Flambeaux illi tkun organizzata matul ix-xahar ta’ Mejju. Dan hekk kif illum, hemm stennija għad-dehra tal-Papa fi Pjazza San Pietru.

Il-purċissjoni Aux-Flambeaux tas-Sibt filgħaxija tmexxiet mill-Kardinal Luis Antonio Tagle. U kien mument uniku għal ħafna li f dawn il jiem jinsabu fil-Vatikan.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo



Dawn l-okkazjonijiet dejjem ikollhom attendenza numeruza – però s-Sibt filghaxija l-attendenza kienet ferm akbar; fejn kien hemm nies minn kull rokna tad-dinja, inkluz hafna Maltin.
Hafna minn dawn inzertaw f’Ruma hekk kif din il-gimgha kien imiss il-Ġublew tal-Baned.

Dawn l-eluf ta’ devoti prezenti fil-belt kapitali tal-Italja komplew jaghmlu l-mument tal-purcissjoni Aux-Flambeaux aktar specjali; bit-talba tar-ruzarju tidwi fi Pjazza San Pietru.

Intant, is-Sibt stess NET NEWS kien prezenti ghal mument uniku fejn il-Papa daħal f’Santa Maria Maggiore biex isellem lill-Papa Franġisku fil-post fejn hu midfun. Dan apparti li waqaf ikellem lill-eluf li kienu miġbura biex jagħtu huma wkoll it-tislima tagħhom lil Frangisku.