Internazzjonali Knisja

Il-Papa Ljun XIV bi żjara sorpriża fuq il-qabar tal-predeċessur tiegħu

Il-Papa Ljun XIV għamel l-ewwel żjara mindu ġie elett; żjara f’Genazzano fejn wara għamel waqfa b’sorpriża hekk kif żar il-qabad tal-predeċessur tiegħu għal mumenti ta’ talb.

Wara, il-Papa sellem lill-fidili li nġabru fuq barra.

Fi triqtu lura lejn il-Vatikan, waqaf jitlob quddiem il-qabar tal-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maġġuri.

Intant, il-Vatikan ilbieraħ żvela l-motto u l-istemma li se juża’ matul il-pontifikat tiegħu; l-istess bħalma kien juża meta kien Isqof f’Chiclayo, il-Peru.

In Illo uno unum

Il-motto jfisser fih biss, wieħed b’tifsira li kull Kristjan għandu jafda fil-ħniena t’Alla.