Lokali

Il-Pulizija Maltija tingħaqad f’inizjattiva tar-RoadPol fi spezzjonijiet ta’ trakkijiet u vetturi li jġorru l-passiġġieri


Il-Pulizija Maltija ngħaqqdet ma’ pajjiżi membri tar-RoadPol (European Roads Policing Network), fejn ikkordinat spezzjonijiet fuq trakkijiet u vetturi li jġorru l-passiġġieri.

Dawn l-ispezzjonijiet kienu parti mill-inizjattiva tar-RoadPol, bl-isem “European Truck and Bu
Week”, li saret bejn il-5 u l-11 ta’ Mejju, 2025.

B’kollox saru madwar 30 roadcheck f’diversi toroq ewlenin, f’Malta u f’Għawdex, fejn twaqqfu
aktar minn 370 vettura. Inħarġu b’kollox 84 kontravenzjoni, waqt li nħarġu akkużi fil-konfront
ta’ 14-il sewwieq, u ġiet ikkonfiskata vettura.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, ġew iċċekkjati l-vetturi, fost oħrajn jekk għandhomx fire extinguishers u jekk id-data tal-iskadenza tagħhom hiex tajba; ġew iċċekkjati wkoll li l-vetturi huma miżmuma fi stat tajjeb; għat-tagħbija li qed iġorru u jekk hiex iktar milli suppost, kif ukoll jekk għandhomx first-aid kits.

Fost iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kien hemm lil sewwieqa li ma kinux lebsin iċ-ċintorin tas-sigurtà, dwal mhux mixgħul kif suppost u lil sewwieqa li kienu qed isuqu mingħajr liċenzja valida tas-sewqan u li nqabdu jsuqu bil-mobile.