Lokali

In-New York Times tiżvela li l-bużnannu ta’ Papa Ljun XIV kien Malti

Kollox qiegħed jindika li Robert Francis Prevost, Papa Ljun XIV, għandu dixxendenza Maltija.

Dan hekk kif rapport maħruġ mill-ġurnal New York Times spjega kif il-bużnannu tal-Papa kien Malti.

Minn analiżi li l-ġurnalist Richard Fausset wettaq fuq il-linja ġenjaloġika ta’ Prevost sar magħruf kif huwa jaf l-oriġini tiegħu mill-Karibew…iżda anke minn Malta.

In-nanniet tal-Papa, Joseph u Louise Martinez huma t-tnejn irreġistrati bħala residenti f’New Orleans – bil-lok ta’ twelid ta’ Joseph huwa Haiti.

Iżda hawn il-biċċa li ħadet lil kulħadd b’sorpriża, partikolarment f’pajjiżna. Dan hekk kif il-ġenituri ta’ Joseph, ċioè n-nannu tal-Papa Ljun XIV, huwa rreġistrat li huwa Malti…miżżewweġ lil mara Spanjola emigrati lejn il-Karibew.

Għaldaqstant jidher li r-rabta ta’ Papa Ljun XIV ma’ pajjiżna tidher li hi aktar profonda milli ħsibna inizjalment hekk kif mhux biss żar lil Malta kemm-il darba fl-aħħar 25 sena, iżda kollox qiegħed jindika li l-għeruq tiegħu nibtu proprju minn dawn il-gżejjer