Lokali

Jaħfrilhom wara li heddewh għax kritika lill-Gvern ta’ Abela

Matthew Maggi, ħaddiem fis-settur tal-arti, ħabbar fuq il-midja soċjali li għażel biex jaħfer lill-individwu li fix-xhur li għaddew kien heddu għaliex kien kritika lill-Gvern ta’ Robert Abela.

FIx-xhur li għaddew Maggi kien voċiferu fil-konfront tal-Gvern Laburista hekk kif insista li s-settur tal-arti kien qed jingħata bis-sieq u l-industrija ma kinitx qed tiġi stmata kif mixtieq. Maggi saħaq li minkejja li saħansitra l-Prim Ministru Robert Abela nnifsu kien ammetta dan l-aġir, xorta waħda kien qed isir minn kollox biex jiġi skreditat u qalb l-isforzi tal-Gvern, dan iż-żagħżugħ kien qed jaqla’ baraxx ta’ insulti li saħansitra spiċċaw żviluppaw f’theddid.

Matthew Maggi insista li t-tattiċi użati fil-konfront tiegħu amplifikaw it-tgħajjir li kien qiegħed jirċievi – f’azzjonijiet li ddeskrivihom mhux biss bħala rresponsabbli iżda perikolużi.

Filwaqt li rringrazzja lill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta, huwa insista li ħafirlu għax ma riedx jirritalja fil-konfront tal-individwu, iżda ried iwassal messaġġ li persuna għandha dritt titkellem favur id-drittijiet bażiċi tagħha u biex tiddefendi d-dinjità.

Intant spjega li sal-lum numru ta’ persuni, inkluż artisti internazzjonali li nġiebu fil-Mediterranean Film Festival is-sena l-oħra….għadhom ma tħalsux tal-premijiet li rebħu – eżempju ċar ta’ kemm il-problema hija waħda profonda.