Il-ġimgħa d-dieħla, l-attenzjoni ta’ bosta se tkun fuq il-Eurovision Song Contest li se jsir f’Basel – festival li fih se tipparteċipa l-kantanta Maltija Miriana Conte.
Il-Eurovision kull sena jkun segwit minn 160 miljun persuna minn madwar id-dinja. U Malta se tkun qed tikkompeti fit-tieni semi-finali – nhar il-Ħamis.
Miriana Conte se tkun qed tinterpreta l-kanzunetta ‘Serving’ li ġie modifikata ftit wara li hi rebħet il-festival ta’ Malta. Dan għaliex il-European Broadcasting Union kienet iċċensurat il-kelma ‘kant’ minn din il-kanzunetta.
Din se tkun id-69 edizzjoni tal-Eurovision, u l-finali se ssir nhar is-Sibt li ġej.