Futbol Sport

“L-isbaħ mument tal-karriera tiegħi huwa r-rebħ tat-tripletta” – Maicon, eks difensur ta’ Inter

Neil Camenzuli

Intervistat minn dan is-sit, fiż-żjara tiegħu f’Malta għall-okkażjoni tal-għaxar sena anniversarju tal-Inter Supporters Club Gozo, id-difensur leġġendarju ta’ Inter Maicon stqarr li l-isbaħ mument tal-karriera tiegħu huwa meta rebaħ il-famuż tripletta ma’ Inter fl-2010.

Mistoqsi kif qiegħed isib iż-żjara tiegħu s’issa, huwa faħħar l-organizzazzjoni tal-Inter Supporters Club Gozo, kif ukoll irringrazzja lill-President Joe Bajada ta’ din l-istedina.

Maicon tkellem fuq l-isbaħ mumenti tal-karriera tiegħu, bil-Brażiljan jgħid li l-finali tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich fl-2010 tkun bla dubju l-iżjed memorja li baqgħat ferenti minn dik l-iskwadra storika tal-2010, għanda l-karatteristiċi uniċi tagħha, u tkellem fuq kif jammira numru ta’ plejers li jilagħbu ma’ Inter fil-mument preżenti, fosthom Dumfries, Barella u Dimarco.

Maicon tkellem l-iżjed fuq l-esperjenza tiegħu bħala plejer, u kif il-kowċ Josè Mourinho kien strumentali fil-karriera tiegħu, mhux biss bħala kowċ fuq il-grawnd, iżda bħala kowċ fl-aspett mentali. Huwa stqarr li Mourinho kien kapaċi jgħaqqad grupp tajjeb għat-tripletta, u jippreparhom mentalment.

Fil-kumment finali, Maicon kien mistoqsi min kien l-iktar avversarju li kien diffiċli jimmarka fil-karriera tiegħu. L-eks difensur laterali rrisponda bla ma jaħsiba darbtejn, u qal Lionel Messi.