L-Ispeaker tal-Parlament ta’ Malta Anġlu Farrugia telaq minn Malta sabiex jipparteċipa fil-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea, li qed issir f’Budapest, l-Ungerija.
Din il-laqgħa ta’ livell għoli qed issir fil-kuntest tal-kooperazzjoni interparlamentari taħt il-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-avveniment huwa organizzat mill-Assemblea Nazzjonali Ungeriża u ospitat fuq stedina tal-Ispeaker tal-Parlament Ungeriż, Kővér László.
Il-Klerku tad-Dar, Eleanor Scerri, qed takkumpanja lill-Ispeaker waqt din iż-żjara uffiċjali.
//= $special ?>