Libjan ta’ 48 sena li jgħix San Pawl il-Baħar inżamm taħt arrest wara li kien mixli li ħebb għal ommu wara li waħħal fiha li ġellditu mal-għarusa.
Il-każ seħħ fid-9 ta’ Mejju, meta l-omm għamlet rapport fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika u qalet li meta kienu fir-residenza tagħhom inqala’ argument meta kien fis-sakra
F’dan l-argument l-akkiżat weħħel fil-vittma li hi ġellditu mal-għarusa. Hu sar aggressiv, ħebb għaliha, u kissrilha t-television u l-mobile, filwaqt li weġġa’ ħafif lil vittma.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati, u d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li l-Maġistrat ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur l-omm u wissieh li ma setax ikellem lil ommu.
//= $special ?>