Inter għelbu lil Torino biex komplew jitfgħu l-pressjoni fuq Napoli fl-aħħar żewġ partiti tal-kampjonat. Huma għelbu lil Torino 2-0.
In-Nerazzuri ħadu l-vantaġġ permezz tal-Pollakk Nicola Zalewski minn assist ta’ Bastoni wara kwarta logħob. Kristjan Asllani kkonverta penalty fid-49 minuta biex irdoppja l-iskor.
Intant, Napoli ġew imċaħħda minn tliet punti kruċjali kontra Genoa, biex b’hekk minkejja li żammew l-ewwel post, id-differenza ta’ punti bejn Inter u Napoli niżet għal biss punt, minn tlieta.
L-iskor finali bejn Napoli u Genoa jkun 2-2, bil-Partonopei jiftħu l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ konklużjoni tajba minn pass filltranti ta’ McTominay.
Genoa jagħmlu l-iskor indaqs fit-32 minuta minn awtogowl tal-goalkeeper Alex Meret.
Giacomo Raspadori jagħti l-vantaġġ momentarju għal Napoli fl-64 minuta b’xutt b’saħħtu fir-rokna t’isfel tal-lemin.
Johan Vasquez jiskorja daqqa ta’ ras fl-84 minuta u jagħmel l-iskor indaqs. Il-kross jasal minn Aaron Martin mix-xellug għas-sitt assist staġjonali tad-difensur laterali.
Il-Ġimgħa
Milan v Bologna 3-1
Is-Sibt
Como v Cagliari 3-1
Lazio v Juventus 1-1
Empoli v Parma 2-1
Illum
Udinese v Monza 1-2
H.Verona v Leccce 1-1
Torino v Inter 0-3
Napoli v Genoa 8:45pm
Għada
Venezia v Fiorentina 6:30pm
Atalanta v Roma 8:45pm