Il-President Russu Vladimir Putin qed jappella biex jibdew negozjati diretti ma’ Kiev. Bil-pjan hu li t-taħdidiet isiru fil-15 ta’ Mejju.
Il-laqgħat għandhom isiru f’Istanbul il-ġimgħa d-dieħla.
Wara li ħareġ din l-aħbar, kien hemm reazzjoni pożittiva mill-President Amerikan Donald Trump – fejn għad hemm tama li jintlaħaq qbil fuq 30 jum ta’ waqfien mill-ġlied.
Dawn l-iżviluppi seħħew wara li l-Ukrajna akkużat lir-Russja li kien hemm 730 okkażjoni li fihom inkisru r-regoli tal-gwerra; sitwazzjoni li ġiet diskussa mill-mexxejja Ewropej li ilbieraħ inħabru fl-Ukrajna. Preżenti kien hemm fost l-oħrajn ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u l-Polonja.
//= $special ?>