Sport Waterpolo

Sirens jirbħu l-BOV Kampjonat tax-xitwa tan-nisa

It-tim femminili ta’ Sirens rebħu r-raba’ Kampjonat tax-xitwa mit-twaqqif tiegħu mill-2022, biex b’hekk ġeddew ir-rekord impressjonanti tagħhom li saru l-unika tim li qatt rebaħ dan l-unur.

Sirens għelbu lil Sliema A.S.C biex lestew l-istaġun kollu mingħajr telfa, mhux talli hekk, talli huma rnexxielhom jirbħu l-partiti kollha.

Ernest Agius, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet fil-Bank of Valletta; u Karl Izzo u Randolph Cauchi, President u Viċi President rispettivament tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta; ippreżentaw lil Sirens bit-Tazza tal-Kampjonat BOV Water Polo tan-Nisa tax-Xitwa.