Lokali

ARA: “Ma jimpurtanix… dik mhux affari tiegħi” – Il-Ministru Refalo ma jgħidx fejn ittieħdu l-iljuni

“Ma jimpurtanix… dik mhux affari tiegħi.”

Hekk sostna magħna l-Ministru Anton Refalo meta ġie mistoqsi min din il-kamra tal-aħbarjiet fejn tpoġġew l-iljuni tan-Naxxar; iljuni li bdew jinżammu f’post mhux denju għal dawn it-tip ta’ annimali eżotiċi.

Skont sorsi li ġew kwotati fil-midja fl-aħħar sigħat… il-ħabib ta’ Robert Abela, Christian Borg, ser ikun il-persuna li fuqu ser jiġu rreġistrati dawn l-iljuni. Madanakollu, il-Ministru saħaq li dan mhux minnu.

Min naħa tiegħu Anton Refalo saħaq li dawn l-annimali tpoġġew f’post ieħor – u saħaq li ma jimpurtahx fejn ittieħdu.

Dan apparti li lanqas biss jaf fejn qegħdin dawn l-iljuni.

Intant, Anton Refalo saħaq li dawn l-annimali diġà tpoġġew xi mkien aħjar minn fejn kienu – dan fost appelli kontinwi mill-bidu ta’ din is-sena sabiex dawn it-tip ta’ annimali eżotiċi jiġu mħarsa kif suppost u f’ambjent aktar san. Bil-Gvern iħalli din is-sitwazzjoni tkarkar għal żmien twil.