Futbol Sport

Atalanta jaċċertaw minn post fiċ-Champions League b’rebħa fuq Roma

Ritratt: EPA

Mis-Serie A daqqa ta’ ħarta għal Roma fit-taqtiegħa tagħhom għall-post fil-UEFA Champions League meta kienu megħluba minn Atalanta barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-1. Għal Atalanta din ir-rebħa kompliet tikkonsolida u tikkonferma lil Atalanta fit-tielet post b’71 punt. Atalanta fetħu l-iskor fid-9 minuta meta kien l-attakkant Ingliż Ademola Lookman li b’xutt tajjeb għeleb lil goalkeeper ta’ Roma għal 1-0. Reazzjoni ta’ Roma fit-32 minuta meta kien Bryan Cristante li kiseb il-gowl tad-draw. Madanakollu fit-78 minuta kien is-sostitut Ibrahim Sulemana li skorja l-gowl tar-rebħa għat-tim immexxi minn Gianpiero Gasperini.

SERIE A
Venezia v Fiorentina 2-1
Atalanta v Roma 2-1