Lokali Saħħa

Bernard Grech jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-infermieri

Fil-Jum Dinji dedikat lill-Infermieri, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech esprima l-apprezzament tiegħu għax-xogħol tal-infermieri permezz ta’ messaġġ fuq il-midja socjali.

Il-Kap tal-PN sostna li hu importanti li bħala poplu nesprimu l-apprezzament tagħna lejn l-infermieri kollha; għax-xogħol li jwettqu ta’ kuljum b’tant dedikazzjoni u mħabba.

Hu fakkar illi l-irwol tal-infermieri fis-settur tas-saħħa hu imprezzabbli għal pajjiżna.

It-tema tal-Kunsill Internazzjonali tal-Infermieri għal dan il-jum kienet “Il-kura tal-infermieri ssaħħaħ l-ekonomiji” – b’enfasi fuq kif il-kontribut tagħhom fis-soċjetà jġib titjib fis-saħħa pubblika u jnaqqas il-piż tal-mard fuq l-ekonomija.