Lokali Saħħa

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku, li wara ilment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, inkluż it-teħid ta’ diversi kampjuni, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ addittiv ta’ l-ikel (Kulur E110 – Sunset Yellow).

Dan skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew Nru. 178 tal-2002.

Deskrizzjoni tal-prodott:Carbonated Soft Drink
Isem tal-prodott:Fanta Orange Flavoured Drink
Data tad-durabilita`:24.09.2025
Lott:P240924AF15
Piż:33cl
Origini:Nigeria

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook  jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.