Sport

Gżira United logħba bogħod mir-rebħ tal-kampjonat

RITRATT: Joe Borg

Gżira United jinsabu logħba ‘l bogħod milli jirbħu l-VMFA Cisk Premier League hekk kif kisbu s-17-il rebħa staġjonali. Fil-fatt huma għelbu lil Żurrieq Wolves 7-3 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Sebastian Nayar u Kevin Sammut skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ian Zammit, Justin Grioli u Andrew Cohen żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Beppe Muscat skorja żewġ gowls għal Żurrieq sabiex Kevin Ellul żied ieħor.

Il-Gżirjani jinsabu jgawdu l-punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali Floriana li min-naħa tagħhom għelbu lil Rabat Veterans 7-4.

Floriana skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ tripletta ta’ Mano Micallef u doppjetti ta’ Glenn Bonello u Malcolm Licari. Adam Smeir, Gareth Magri, Andre Scicluna u Gilbert Spiteri Lowell żammew lil Rabat fil-logħba.

Finalment, Birkirkara St Helen’s għelbu lil Hibernians 10-4.

Il-Karkariżi riedu jiksbu rebħa akkost ta’ kollox minn din il-partita fejn kellhom lil Daniel Cremona li skorja tliet gowls, Jean Pierre Mifsud Triganza u Christian Caruana kellhom żewġ gowls f’isimhom filwaqt li Federico Marine, Robert Perkins u Ayrton Caruana għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Għal Hibernians Ilia Nazarov skorja żewġ gowls filwaqt li Adrian Lanzon u Clayton Micallef Vassallo niżżlu isimhom fost l-iskorers.

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

Gżira United 53; Floriana 52; MFPA 41; Birkirkara St Helen’s 34; Rabat 24; Żurrieq Wolves, Hibernians 15; Żejtun Red Stars 0.